Malta ma ġietx inkluża fil-green list tal-ivvjaġar tar-Renju Unit. Dan ġie mħabbar ftit tal-ħin ilu f’konferenza tal-aħbarjiet li ttellat mill-Gvern Ingliż, fejn ġie magħruf liema huma l-pajjiżi rispettivi li t-turisti jistgħu jivjaġġaw lejn ir-RU mingħajr ma jagħmlu kwarantina.
Il-lista tinkludi:
- L-Awstralja
- Il-Portugall li tinkludi l-gżejjer Azores u Madeira
- New Zealand
- Singapore
- Il-Brunei
- L-Iżlanda
- Il-Gżejjer Faroe
- Ġibralta
- Il-Gżejjer Falkland
- Iżrael
Pajjiżna baqa’ fil-lista l-oranġjo, fejn it-turisti li jiġu Malta jridu jagħmlu perjodu ta’ kwarantina meta jirritornaw lejn ir-Renju Unit.
Intant il-Ġermanja, mill-Ħadd li ġej se tneħħi lil Malta minn fuq il-lista ta’ pajjiżi ta’ riskju. Dan ifisser li t-turisti li jirritornaw minn Malta m’għandhomx bżonn joqogħdu fi kwarantina.
//= $special ?>