Coronavirus Internazzjonali Lokali

Malta mhux inkluża fil-green list tar-Renju Unit, il-lista tinkludi ‘l-Brunei

Fost aspettattiva kbira li Malta tkun f'din il-lista... pajjiżna baqa' fil-lista l-oranġjo

Malta ma ġietx inkluża fil-green list tal-ivvjaġar tar-Renju Unit. Dan ġie mħabbar ftit tal-ħin ilu f’konferenza tal-aħbarjiet li ttellat mill-Gvern Ingliż, fejn ġie magħruf liema huma l-pajjiżi rispettivi li t-turisti jistgħu jivjaġġaw lejn ir-RU mingħajr ma jagħmlu kwarantina.

Il-lista tinkludi:

  • L-Awstralja
  • Il-Portugall li tinkludi l-gżejjer Azores u Madeira
  • New Zealand
  • Singapore
  • Il-Brunei
  • L-Iżlanda
  • Il-Gżejjer Faroe
  • Ġibralta
  • Il-Gżejjer Falkland
  • Iżrael

Pajjiżna baqa’ fil-lista l-oranġjo, fejn it-turisti li jiġu Malta jridu jagħmlu perjodu ta’ kwarantina meta jirritornaw lejn ir-Renju Unit.

Intant il-Ġermanja, mill-Ħadd li ġej se tneħħi lil Malta minn fuq il-lista ta’ pajjiżi ta’ riskju. Dan ifisser li t-turisti li jirritornaw minn Malta m’għandhomx bżonn joqogħdu fi kwarantina.