Futbol Sport

Newcastle jitbiegħdu mir-relegazzjoni b’rebħa mportanti kontra Leicester

Fil-King Power Stadium, it-tim immexxi minn Steve Bruce, Newcastle United għelbu lil Leicester City bl-iskor ta’ 4-2, biex b’hekk komplew jitbiegħdu ‘l bogħod miż-żona tar-relegazzjoni fit-13-il post b’39 punt. Min-naħa l-oħra Leicester baqgħ fit-tielet post tal-klassifika bi 63 punt, b’logħba aktar mit-tim tar-raba’ post Chelsea.

Newcastle fetħu l-iskor fit-22 minuta meta JOE WILLOCK approfitta minn żball difensiv ta’ Leicester u kkonkluda għal ġewwa għal 1-0. Newcastle rdoppjaw fl-34 minuta meta minn corner minn fuq il-lemin ta’ Matt Ritchie, PAUL DUMMETT għola fuq kulħadd u b’daqqa ta’ ras tajba għeleb lil Kasper Schmeichel għal 2-0. Il-partita kompliet tiżvolġi fit-tieni taqsima bi Newcastle jagħmluwhom tlieta fl-64 minuta meta CALLUM WILSON wiċċ imb wiċċ ma’ Schmeichel ikkonkluda fil-lasta. CALLUM WILSON reġa’ niżżel ismu fost l-iskorers fit-73 minuta għar-raba’ gowl ta’ Newcastle, fejn wara li l-ewwel tentattiv tiegħu ħabat mal-lasta, mit-tieni tentattiv ma żbaljax għal 4-0. Ir-reazzjoni ta’ Leicester waslet l-ewwel fit-80 minuta meta Jamie Vardy għadda lejn MARC ALBRIGHTON li mill-viċin tefa’ ġewwa, biex fis-87 KELECHI IHENAECHO skorja it-tieni gowl għal Leicester għal skor finali ta’ 4-2.