Lokali

“Pajjiżna se joħroġ minn dan iż-żmien iktar b’saħħtu” – Bernard Grech

Ritratt: Joseph Galea

“Malta trid tingħaqqad flimkien biex tagħti sapport lin-negozji lokali, fosthom dawk fit-turiżmu u l-ospitalità”

Kien dan li qal il-Kap tal-PN, Bernard Grech fi tweet li ħareġ ftit tal-ħin ilu hekk kif sar magħruf li Malta mhix inkluża fil-green list tar-Renju Unit, fejn fost l-oħrajn il-lista tinkludi lill-Brunei.

Hu qal li m’għandux dubju li pajjiżna se joħroġ minn dan il-perjodu tal-pandemija iktar b’saħħtu, minkejja li din l-aħbar, sfortunatament, mhix ideali matul dan iż-żmien diġà diffiċli.

https://twitter.com/bernardgrechmt/status/1390738645548773377