Lokali

Partit mibni fuq prinċipji u valuri sodi

Il-PN huwa Partit mibni fuq il-prinċipji u valuri sodi… partit b’ħidma kontinwa ta’ grupp wieħed magħqud li qed twassal biex pajjiżna jkollu Gvern alternattiv b’viżjoni bil-ġid komuni fiċ-ċentru tiegħu.

Hekk sostna s-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech waqt li kien qed jieħu sehem fil-programm Feedback fuq Net FM.

Huwa qal li Jason Azzopardi u Adrian Delia huma żewġ politiċi impejnati ferm fil-ħidma tagħhom favur il-pajjiż u kontra amministrazzzjoni Laburista li hija mifnija bil-korruzzjoni u bil-kriminalita.

Francis Zammit Dimech qal li bħala Malti ma tistax ma tweġġax meta tara kif dawn l-aħħar snin kien mifnijien bil-korruzzjoni ta’ Gvern Laburista. Għalhekk huwa tkellem dwar kemm huwa importanti li l-ewwel ingredjent ikun l-għaqda sabiex dan il-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jiġġedded u jirnexxi u jkun Gvern alternattiv.

Huwa qal li l-Kap tal-PN Bernard Grech qed jagħmel enfażi kbira fuq l-attitudni għax hija valur imprezzabbli ferm speċjalment fil-politika fejn wiwħed qatt m’għandu jidħol fil-politika għall-gwadann personali tiegħu.

Min-naħa tiegħu l-President Eżekuttiv tal-PN Alex Perici Calascione wassal messaġġ ċar ta’ kuraġġ li l-PN huwa partit mogħni b’nies li jaħsbuha b’modi differenti u din minn dejjem kienet ir-rikkezza tiegħu. Dan kollu jwasal f’politika li tirrendi mibnija fuq il-prinċipji u l-valuri.

Huwa tkellem fuq ix-xogħol imprezzabbli li qed jagħmlu Ivan Bartolo u Martina Caruana bl-irwoli rispettivi tagħhom… bil-ħidma kollha tal-Partit Nazzjonalista fi grupp wieħed magħqud li qed twassal biex pajjiżna jkollu Gvern alternattiv b’viżjoni bil-ġid komuni fiċ-ċentru tiegħu.

Is-Segretarju Eżekuttiv Organizzativ tal-PN Michael Piccinino tkellem fuq il-fatt li l-Partit Nazzjonalista jrid iżomm kuntatt kontinwu man-nies u jisma’ s-suġġerimenti tagħhom. Għalhekk kull min għandu xi messaġġ jew suġġeriment li jixtieq iwassal lill-Partit Nazzjonalista, jista’ jagħmel kuntatt mal-uffiċċju fid-Dar Ċentrali li qed ikun miftuħ kuljum mit-Tnejn sas-Sibt.  

Michael Piccinino tkellem ukoll dwar it-3 temi li ppreżenta l-Partit iktar kmieni din il-ġimgħa… temi li jinkludu 14-il cluster li fuqhom se jibbaża l-politika tiegħu għall-Elezzjoni Ġenerali li jmiss. Partit li verament jixtieq il-ġid u li titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.