Internazzjonali

Tfaqqa kwistjoni diplomatika bejn l-Italja u l-Libja; sparati tiri lejn bastiment tas-sajd

Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd ‘Aliseo’ spiċċa ferut wara li allegatament seħħet sparatura lejn it-Taljani mill-Gwardja tal-Kosta Libjana – akkuża serjissima li qajjmet kwistjoni diplomatika taħraq bejn l-Italja u l-Libja.

L-Aliseo, li kien qed ibaħħar fil-Mediterran bejn Malta u l-Libja, għandu abbord 7 membri tal-ekwipaġġ. U jidher li l-isparatura seħħet madwar 35 mil ‘il barra mill-kosta ta’ Al Khums.

Il-vapur dalgħodu kien fi triqtu lejn il-port Sqalli ta’ Mazara del Vallo.