Internazzjonali

Tifla sparat fuq studenti oħrajn tal-iskola tagħha

Tifla ta’ 11 jew 12-il sena sparat u darbet lil tnejn minn sħabha u membru tal-istaff tal-iskola tagħha fl-istat ta’ Idaho fl-Istati Uniti. It-tliet vittmi sfaw feruti iżda ma tilfux ħajjithom wara dan l-inċident.

L-istudenta ta’ Grade 6, li l-identità tagħha mhux magħrufa, ħadet pistola magħha fl-iskola bl-isem ta’ Rigby Middle School u f’ħin minnhom, għal xi raġuni mhux magħrufa bdiet tispara fuq l-istudenti l-oħrajn. Il-mottiv aħħari għadu mhux magħruf.

Waqt dan l-episodju ikraħ, għalliema rnexxielha tneħħi l-arma minn idejn it-tifla u żammitha sakemm il-pulizija waslu fil-post u wetqet l-arrest.

L-FBI qed jinvestigaw dan il-każ xokkanti li seħħ fl-aħħar sigħat.