Futbol Sport

Bayern Munich jirbħu l-Bundesliga għad-disa’ staġun konsekuttiv

Bayern Munich saru champions tal-Bundesliga fil-Ġermanja għad-disa’ staġun konsekuttiv u għat-22 darba fl-istorja tal-klabb, wara li Borussia Dormtunf għelbu lil RB Leipzig bl-iskor ta’ 3-2.

Wara 31 partita, Bayern Munich jinsabu fil-quċċata b’71 punt, bit-tim fit-tieni post, RB Leipzig, b’64 punt. B’hekk matematikament Bayern Munich ma jistgħux jintlaħqu fl-ewwel post hekk kif fadal biss żewġ partiti sa tmiem il-kampjonat.

Matul danl-istaġun Bayern kisbu 22 rebħa filwaqt li ġew draw 5, bit-tim immexxi minn Hans Flick jsofri biss 4 telfiet. Dan kien l-aħħar staġun ta’ Hans Flick fit-tmexxija tal-klabb hek kif l-istaġun li ġej il-klabb se jkun immexxi mill-kowċ ta’ 33 sena Julian Nagelsmann.

Bayern Munich jilgħabu aktar tard illum fis-6.30pm fl-Allianz Arena kotnra Borussia Moenchengladbach.