L-Assoċjazzjoni għal-Lukandi u r-Ristoranti, l-MHRA tinsab sorpriża li Malta mhux fuq il-green list tal-Gvern tar-Renju Unit.
L-MHRA tiddikjara li oġġettivament Malta qed tissodisfa r-rekwiżiti ta’ sigurtà relatati mal-COVID-19 sal-punt li l-midja Ingliża ewlenija ilha għall-aħħar jiem tikkwota lil Malta bħala destinazzjoni favorita biex tkun inkluża fil-green list.
L-MHRA taqbel mal-opinjoni ġenerali espressa mill-partijiet interessati Brittaniċi ewlenin fl-ivvjaġġar u t-turiżmu li d-deċiżjoni li tant pajjiżi Ewropej jitqiegħdu fil-green list mhux ġustifikata mid-data jew mix-xjenza.
L-MHRA tiddikjara li din is-sitwazzjoni se tħalli impatt negattiv fuq is-settur tat-turiżmu f’Malta għall-inqas għal Ġunju. Jekk din is-sitwazzjoni ma tiġix indirizzata b’mod urġenti, allura s-settur turistiku f’Malta jitlef dak li kien jidher li huwa bidu tajjeb għall-istaġun tas-sajf.
L-assoċjazzjoni għalhekk tappella lill-awtoritajiet Maltin, b’mod partikolari l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-korp diplomatiku Malti biex jieħdu l-azzjoni kollha meħtieġa biex jiżguraw li Malta tidher fil-green list tar-Renju Unit peress li din mistennija tiġi riveduta fil-ġimgħat li ġejjien.
Sadanittant, l-MHRA tilqa’ l-aħbar li l-Ġermanja ddikjarat li Malta m’għadhiex żona ta’ riskju għall-COVID-19.
//= $special ?>