Lokali

Guvni jaqa’ għal ġo wied u jsofri ġrieħi gravi

Ġuvni ta’ 17-il sena residenti Birkirkara kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei aktar kmieni llum wara li weġġa u sofra xi ġrieħi.

Iż-żagħżigħ kien qiegħed l-Imġarr meta għall ħabta tal-11.30 ta’ filgħodu waqa għal ġo Wied Binġemma, l-Imġarr.

Dan irriżulta mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija li waslu fil-post ftit tal-ħin wara.

Fuq il-post ġew imsejħa wkoll l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu lir-raġel.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.