Il-Gvern ta’ Robert Abela qed jibqa juri biċ-ċar li ma jridx li tiżdied it-trasparenza u l-parteċipazzjoni pubblika fl-operat tal-Awtorita tal-Ambjent u Riżorsi.
Aktar minn ġimgħa wara li d-deputat Robert Abela, f’isem l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ppreżenta abbożż ta’ liġi sabiex deċiżjoniijiet dwar l-ambjent ta’ pajjiżna jittieħdu b’mod aktar apert u pubbliku, il-Ministru Aaron Farrugia jibqa’ jkaxkar saqajh u jgħid li għadu jrid ‘jiddiskuti’ dan l-abbozz.
Dan minkejja li sorsi qrib ta’ dan is-sit qed jgħidu li l-istess Chairman tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, Victor Axiak, qed jaqbel mal-proposti tal-Partit Nazzjonalista.
Minbarra l-appoġġ taċ-Chairman tal-ERA, dan l-abbozz sab ukoll l-appoġġ tal-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlamentari Ewropew Alfred Sant li qal pubblikament li dan huwa abbozz importanti għandu jkun approvat.

Il-Ministru Farrugia indirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar strategija fin-rinnovazazzjoni, li tulha, il-Ministru stess qal li f’dan il-qasam għal ħafna snin ma sar xejn.
Bin-nuqqas ta’ ħidma tiegħu, ftit tax-xhur ilu, il-Gvern Laburista rċieva ċertifikat ieħor negattiv meta rriżulta li jinsab fil-qiegħ nett fost il-Gvernijiet tal-Istati Membri dwar l-użu tal-enerġija rinnovabbli. U dan skont l-istatistika ppubblika mill-Unjoni Ewropea stess.
F
