Lokali

Il-UPE tirreġistra tilwima industrijali

Il-UPE rreġistrat tilwima industrijali mal-Ministeru tal-Edukazzjoni wara li kellha diversi talbiet biex jiġu rispettati d-drittijiet kostituzzjonali iżda li ġew kompletament injorati. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni mhux biss injora t-talbiet li saru mill-union nnifisha iżda wkoll injora għal kollox l-ilment ippreżentat mal-Ombudsman fl-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Edukazzjoni, għal xahar wara l-ieħor.

It-talbiet li saru kienu sempliċi ħafna, u ma kellhomx iwasslu għal din it-teħid ta’ azzjoni kontra l-Ministeru peress li jikkostitwixxu drittijiet bażiċi.

Meta talbiet bażiċi bħal dawn ma jingħatawx awtomatikament minn Ministeru, jista’ jitqies bħala injorazzjoni sfaċċata tal-prinċipji bażiċi tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertà ta ‘affiljazzjoni ta’ dawk kollha li bi dritt jagħżlu li jibbenefikaw mis-servizzi pprovduti minn union