Internazzjonali

Jinġabru armati fid-daħla tal-lukanda Corinthia fi Tripli

Gruppi armati nġabru barra lukanda Maltija fi Tripli il-Ġimgħa bil-lejl. Dan hekk kif it-tensjonijiet politiċi fil-kapitali Libjana żdiedu.

Filmat ippubblikat fuq il-midja soċjali wera rġiel armati wieqfa fid-daħla tal-lukanda Corinthia. Aktar minn 20 vettura armata huma maħsuba li nġabru barra l-lukanda. Jidher li l-grupp armat talab laqgħa mal-President tal-Kunsill Mahamed Younes al-Menfi u żewġ deputati oħra. Aħbarijiet Libjani rrapportaw li l-gruppi fittxew ukoll karozzi ta’ al-Menfi u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Najla al-Mangoush.

L-ambaxxatur Malti fil-Libja Charles Saliba stqarr li l-Maltin kollha fuq il-post huma siguri dan filwaqt li fortunatament ħadd ma ndarab fl-inċident.