Lokali

Jinġabru fondi “Għat-tfal kollha…kollha”

Melania u Nathan huma żewġt itfal ċkejknin.

Melania hija nieqsa mid-dawl.

Nathan huwa fuq l-ispektru tal-awtizmu.

It-tnejn huma tfal li jħobbu l-ħajja – it-tnejn maħbuba ħafna mill-familji tagħhom li jixtiequlhom l-isbaħ futur.

Dawn huma biss tnejn mit-tfal li permezz tad-donazzjonijiet tal-Maltin u l-Għawdxin se jkunu jistgħu igawdu minn kwalità ta’ ħajja aħjar.

Tul il-jum tas-Sibt, il-Malta Trust Foundation, immexxija mill-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca, tellgħet maratona ta’ ġbir ta’ fondi bit-tema “Għat-tfal kollha kollha” bil għan li tgħin tfal li ma jarawx u li ma jitkellmux sabiex b’apparat speċjalizzat, ikunu jistgħu jgħixu ħajja aħjar.

Waqt il-maratona, li xxandret fuq d-diversi stazzjonijiet fosthom Net Television, wieħed seta’ jara clips ta’ tfal li se jgawdu propju mill-fondi miġbura.

Għal din il-maratona, kkontribwixxew diversi persuni distinti fosthom il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech li wkoll wassal l-appel tiegħu għad-donazzjonijiet.

Min jixtieq jagħmel id-donazzjoni tiegħu sabiex jgħin lil dawn it-tfal jista’ jċempel fuq in-numru 79520040.