Formula 1 Sport

Lewis Hamilton jirbaħ il-100 Pole Position

(Ritratt: EPA)

Lewis Hamilton kiseb l-100 pole position tiegħu u b’hekk se jkun qed jibda fuq quddiem nett fil-Grand Prix tal-Ħadd fi Spanja. Hamilton temm quddiem is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen u quddiem is-sewwieq l-ieħor ta’ Mercedes Valtteri Bottas li temmew fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Charles Leclerc ta’ Ferrari u Esteban Ocon ta’ Alpine Racing se jibdew mir-raba’ u l-ħames pozizzjoni filwaqt li Carlos Sainz u Daniel Ricciardo se jibdew mis-sitt u mis-seba’ post. Sergio Perez ta’ Red Bull u Lando Norris ta’ Mc Laren se jibdew mit-tmien u d-disa’ pozizzjoni filwaqt li Fernando Alonso se jkun qed jibda mal-ewwel 10. It-tellieqa tal-Ħadd tibda fit-3.00 ta’ waranofsinhar