Futbol Sport

Neymar iġedded il-kuntratt ma’ PSG sal-2025

L-istilla Brażiljan Neymar ġedded il-kuntratt tiegħu mat-tim Franċiż ta’ PSG sal-2025 wara diversi xhur ta’ sġekulazzjoni dwar il-futur tiegħu.

Neymar mistenni jkollu paga ta’ madwar €30 miljun fis-sena wara t-taxxa, b’żieda ta’ bonuses addizjonali skond dak stipulat fil-kuntratt. Hu mifhum ukoll li Neymar ġie mwiegħed bonus sostanzjali f’każ li PSG jirbħu l-UEFA Champions League.

B’hekk intemmet l-ispekulazzjoni dwar il-futur ta’ Neymar fejn bosta kienu qed jistennew lil Brażiljan jinaqgħad ma’ Barcelona, speċjalment wara d-disfatta u l-eliminazzjoni li sofrew il-ġimgħa l-oħra, fis-semi finali tal-UEFA Champions League kontra Man City.