Internazzjonali

Tal-anqas 40 mejta f’attakk fuq skola f’Kabul

Tal-anqas 40 persuna nqatlu f’attakk terroristiku fl-Afganistan. Il-biċċa l-kbira tal-mejta x’aktarx li huma studenti tfajliet u li kienu se jmorru lura d-dar.

L-attakk seħħ fuq skola fil-punent ta’ Kabul u kien ikkonfermat minn uffiċjali tal-Gvern,

Madwar 50 persuna oħra kienu midruba fl-isplużjoni.

Iz-zona fejn seħħ l-attakk hijx dik ta’ Dascht-i-Barchi – zona b’maġġoranza kbira Shia.

Sa issa ħadd għadu ma ħa responsabbiltà ta’ dan l-attakk għalkemm din il-parti tal-pajjiz sofriet diversi attakki minn militanti tal-Istat Iżlamiku tul is-snin.