Lokali

Żagħżugħ ta’ 20 sena l-isptar wara inċident fil-Gudja

Is-Sibt filgħodu għall-ħabta tat-08:30 il-Pulizija ġew infurmati li seħħ inċident fi Triq Ħal Tarxien fil-Gudja.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li seħħ impatt bejn karozza Hyundai li kienet qed tinstaq minn Ġuvni ta’ 20 sena minn Ħal Kirkop u Opel Astra li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 40 sena residenti iż-Żurrieq.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq ta’ 20 sena l-isptar Mater Dei għall-aktar kura.

Il-kundizzjoni tal-ġuvni għadha mhux magħrufa.