Knisja Lokali

Imfakkra l-festa Liturġika ta’ San Ġorġ Preca

F’Jum id-9 ta’ Mejju, il-knisja f’Malta tiċċelebra l-festa Liturġika ta’ San Ġorġ Preca, saċerdot u Fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, magħrufa bħala l-Mużew. Illum il-Parroċċa ta’ Swatar f’Birkirkara hija ddeddikata lil dan il-qaddis.

Dan il-jum ukoll jimmarka l-20 sena anniversarju mill-beatifikazzjoni tal-istess qaddis Malti meta l-Papa Ġwanni Pawlu II bbeatifika lil Dun Ġorġ Preca flimkien mal-Beati l-oħra Maltin Nazju Falzon u Marija Adeodata Pisani.

Kien propju nhar it-3 ta’ Ġunju fl-2007, li l-Papa Benedittu XVI ddikjara lil Dun Ġorġ Preca bħala qaddis.

San Ġorġ Preca mhux biss ħadem biex wara kollox jitwaqqaf il-Mużew, u jiżdied it-tagħlim tal-fidi Nisranija, iżda ħadem ukoll biex wara kollox tissaħħaħ il-librerija reliġjuża bil-Malti, fejn fost l-oħrajn traduċa siltiet mill-Bibbja fejn fl-eventwalità anki żammhom Pietru Pawl Saydon fit-traduzzjoni tiegħu.

L-istess qaddis huwa magħruf għall-moħħ wara l-Misteri tad-Dawl fit-talba tar-rużarju. Dan it-talb huma meħudin minn talb privat li Dun Ġorg kien ta lis-soċji biex jingħadu minnhom privatament b’ xi tibdil żgħir ġew miżjuda mal-misteri l-oħra tar-Rużarju mill-Papa Ġwanni Pawlu II fl-2002.

Dun Ġorġ miet fis-26 ta’ Lulju tal-1962 f’Santa Venera, fejn qatta l-aħħar xhur ta’ ħajtu il-quddiesa tal-funeral kienet iċċelebrata mill-Isqof Emanuel Galea fil-Knisja ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun.