Lokali

BIL-FILMAT: Nirien fi blokka appartamenti f’Ħal Tarxien

Minn informazzjoni li għandu Net News jidher li għall-ħabta tas-7 ta’ dalgħodu żviluppaw nirien fi blokka appartamenti fi Triq Dun Karm Sant, Ħal Tarxien.

S’issa għadu mhux magħruf x’ikkawża dan in-nar. Immedjatament fuq il-post waslu l-Pulizija kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili. Wasal ukoll tim mediku mill-Isptar Master Dei. Jidher li ma weġġa’ ħadd.

Għadu mhux magħruf minn fejn beda n-nar.