Sport Sport Ieħor

Canelo Alvarez jwaqqaf lil Billy Saunders fit-tmien round

Saul ‘Canelo’ Alvarez rnexxielu jegħleb lil Billy Joe Saunders b’uppercut fit-tmien round biex b’hekk għaqqad id-diviżjonijiet tas-super middlewight, fejn attwalment għandu t-titli tal-WBA, WBC kif ukoll it-titlu tad-WBO, li rebaħ minn fuq Saunders.

Saunders kien fil-vantaġġ fil-ġlieda iżda uppercut ta’ Canelo ikkawżat nefħa f’għajn Saunders, bil-coach tiegħu ma jkollu ebda għażla ħlief li jwaqqaf il-ġlieda. Din il-ġlieda kellha attendenza rekord ta’ ġlieda boxing fl-Istati Uniti, b’attenzdenza ta’ 73,126, fl-AT&T Stadium f’Arlington.

Saunders kien ilu 30 ġlieda mingħajr telfa, fejn sa x’ħin twaqqfet il-ġlieda kien qed jitlef fit-tliet scorecards, minkejja li deher li jista’ jkun aktar perikoluż fir-round ta’ nofs il-ġlieda. Min-naħa l-oħra Canelo Alvarez wera d-dominanza u l-esperjenza tiegħu fl-isport tal-boxing, hekk kif minn 59 ġlieda tileg biss ġlieda waħda, kontra Floyd Mayweather fl-2013.