Internazzjonali

Covid-19: Il-Ġermanja wkoll qed taħseb fil-ftuħ tar-ristoranti u r-ritorn tal-avvenimenti kulturali

Is-Senat tal-Ġermanja qed iħejji biex jiftaħ mill-ġdid ir-ristoranti ta’ Berlin li se jkunu permessi biex iservu lin-nies fil-miftuħ – u bl-awtoritajiet anki qed jippreparaw għar-ritorn tal-avvenimenti kulturali fil-belt kapitali.

Il-belt ta’ Berlin kienet spiċċat f’lockdown fit-2 ta’ Novembru meta l-ammont tal-infettati bil-Covid-19 kien qed jiżdied b’mod drastiku. Intant, l-awtoritajiet tal-belt  kienu kostretti li imponu restrizzjonijiet jerġa’ aktar riġidi ftit qabel il-Milied meta raw li l-miżuri ‘preċedenti’ xorta ma kenux qed jaħdmu minkejja l-għeluq tar-ristoranti u l-ħwienet mhumiex essenzjali.

Iżda llum hemm xaqq ta’ dawl f’Berlin – fejn jgħixu mat-3.8 miljun abitant — u fejn l-ammonti tal-infettati għal kuljum qed jinżlu taħt il-100.F’każ li l-indikazzjonijet jibqgħu pożittivi għal ħamest ijiem konsekuttivi, ir-ristoranti ta’ Berlin jkunu jistgħu jiftħu għall-klijenti fuq barra min-nhar il-Ġimgħa,

Is-Sindku ta’ Berlin, Michael Müller, qal li filwaqt li s-Senat jeħtieġ iżomm livell ta’ kawtela, hemm kull possibbiltà li n-nies jistgħu jerġgħu jibdew ‘jieklu barra’ u fejn iridu jħarsu numru ta’ kundizzjonijiet. L-avvenimenti kulturali x’aktarx li wkoll jibdew mill-ġdid fi tmiem il-ġimgħa u bil-kundizzjoni li dawn ikunu organizzati fil-miftuħ.

Anki l-kuntatti personali wiċċ-imb-wiċċ jistgħu jerġgħu jsiru legali fi kwistjoni ta’ żmien, bl-awtoritajiet ta’ Berlin se jkunu qed jissinkronizzaw it-tnaqqis tar-restrizzjonijiet ta’ sigurtà flimkien mal-awtoritajiet tal-provinċja ta’ Brandenburg.

Is-Senatur għall-Ekonomija Ramona Pop, li hi wkoll il-viċi-sindku ta’ Berlin, qalet li l-ftuħ tar-ristorantiu l-istabbilimenti huma biss il-bidu ta’ pjan biex il-Ġermaniżi joħorġu mill-inkubu tal-aħħar xhur.

Iżda waqt li s-Senat qed jaħseb biex jippermetti perspettivi ġodda għall-industrija tal-ospitalità għax-xhur tas-sajf, is-sidien tal-istabbilimenti – l-istess bħall-klijenti — huma obbligati biex jirrispettaw bis-sħiħ il-kundizzjonijiet stretti tal-iġene,waqt li jilbsu l-maskli tal-wiċċ u jħarsu dejjem id-distanzi soċjali.

In-nies li jżuru l-istabbilimenti f’Berlin – u,’il quddiem, ir-ristoranti u ħwienet tax-xorb fi bnadi oħra tal-Ġermanja — se jkollhom iħallu d-data personali li tippermetti għal kuntatt mal-awtoritajiet f’każ li jistgħu jfeġġu inċidenzi oħrajn lokalizzati tal-Covid-19.