It-Taljan Filippo Ganna rnexxielu jirbaħ l-ewwel stadju tal-Giro D’Italia wara prestazzjoni eċċellenti fl-ewwel prova tal-ħin f’Turin. B’hekk Ganna sar l-ewwel ċiklist li rebaħ l-ewwel stadju tal-Giro d’Italia f’żewġ edizzjonijiet differenti sa mis-snin tmenin, biex rebaħ l-ewwel flokk roża tal-2021.
Ganna rnexxielu jikseb ħin ta’ 8 minuti u 48 sekonda fuq distanza ta’ 8.6 kilometri, fejn irrepeta is-suċċess li kiseb fl-edizzjonijiet tas-sena l-oħra, fejn kien rebaħ ukoll tliet stadji oħra matul il-Giro d’Italia. Fit-tieni post daħal Edoardo Affini b’ħin ta’ 8 minuti u 58 sekonda, filwaqt li fit-tielet post segwih in-Norveġiż Tobias Foss b’ħin ta’ 9 minuti.
//= $special ?>