Lokali

“Ħadd m’hu se jirnexxielu jdgħajjef il-ħidma tal-PN” – Bernard Grech

“Se niġu lura b’saħħitna aktar minn qatt qabel u ħadd mhu se jirnexxielu jdgħajjef il-ħidmatal-Partit Nazzjonalista.”

Kliem il-Kap tal-PN Bernard Grech waqt intervista li saritlu minn George Vital Zammit.

Bernard Grech ma naqasx milli jsellem lill-ommijiet kollha.. lil dawk l-ommijiet li huma ommijiet minkejja qatt ma welldu.

Huwa qal li matul dawn is-seba’ xhur kemm ilu kap tal-Partit Nazzjonalsita, kellu l-okkażjoni li jiltaqa’ ma’ ħafna nies u jisma’ l-opinjonijiet u l-ħsibijiet tagħhom.

Bernard Grech qal li li kemm ilu Kap tal-Partit, irnexxieli jdaħħal sens akbar ta’ ħidma fejn dil-ġimgħa stess komplew jitniedu iktar clusters li kien waqqaf il-predeċessur tiegħu Adrian Delia. Huwa qal li jixtieq iġib iktar bidla fil-partit anke fl-isfond tal-istraħħiġ tal-MaltaToday.

“Determinat biex inkompli nifhem iktar x’ikun qed jgħid il-poplu hekk kif huwa ċar li l–poplu jrid tim magħqud.”

Huwa qal li li jirrikonoxxi l-fatt li fis-survey tal-lum ma kienx l-aħjar wieħed.. li l-poplu muhx kuntent b’dak li ġara din il-ġimgħa… għalhekk jifhem li l-poplu jrid li jkun hemm aktar tibdiliet filwaqt li jkun hemm jkollu uċuh ġodda anke fl-istrutturi tal-Partit.

Dwar il-hacking, huwa qal li d-dealine għadda u jidher li s-sitwazzjoni hija kontrollata fejn il-Partit se jikompli jikkollabora mal-awtoritajiet.

Dwar ir-relazzjoni mal-mexxejja Ewropew tal-EPP… Huwa qal li s’issa kellu apportunitajiet żgħar biex jitkellem magħhom f’summit li seħħew online. Għalhekk huwa importanti li jkun hemm kuntatt tajbin biex jissaħaħ il-partit u jissaħħaħ ukoll isem pajjiżna.

Bernard Grech qal li kull Gvern jaspira li jagħmel il-ġid pero ma jistax jibqa’ li jkollna Gvern li jġibu riżultati biss waqt leġislatura waħda… għalhekk li l-PN qed iniedi strategija għas-snin li ġejjin.

Fl-isfond tal-pandemija, Bernard Grech qal li wieħed irid joqgħod attent speċjalment fil-portijiet.. ħalli aktar varjanti ta’ dan il-virus ma jidħlux f’pajjiżna. Dan sabiex is-sagrifiċċju u l-ħidma kollha li saret, ma tisfumax fix-xejn.

Dwar il-kuntrartt ta’ San Vincenz huwa qal li huwa ċar li hemm nuqqas serju bil-Gvern baqa’ ċass quddiem dan il-każ. Jekk ikun hu fil-Gvern Bernard Grech qal li huwa kommess li jerġa’ jevalwa dawn il-kuntratti li saru.. dan għaliex il-PN se jibqa’ jagħti każ l-issues tal-korruzzjoni u jtejjeb il-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin b’mod dirett.

Dwar Għawdex, il-PN diġà kien qed jaħdem fuq soluzzjonijiet għall-Għawdxin fejn biex Għawdex jissaħħaħ hemm bżonn li jkun hemm iktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ Għawdxin.

Bernard Grech qal li l-PN dejjem kien il-Partit tal-edukazzjoni fejn ta opportunitajiet ġodda lil kulħadd. Dan ma jfissirx li min ma jkompli bl-edukazznjoni terzjarju mhux utli fis-soċjeta, għalhekk huwa importanti li lit-tfal jitgħallmu jaħsbu. Huwa qal li għandu jkun hemm iktar investiment fl-għalliema.

Bernard Grech qal li s-servizz pubbliku għandu jerġa’ jingħata d-dinjità tiegħu.

Il-Kap tal-PN huwa kommess li jaħdem sabiex pajjiżna jkun pajjiż aħjar.