Lokali

“Ikollok tagħmel għażliet” – Robert Abela

“Ikollok tagħmel għażliet”

Dan qalu l-Prim Ministru innifsu meta għamel referenza għal kuntatt li għamel din il-gimgħa mal-Prim Ministru Indjan, mingħajr ma semma’ t-traġedja tar-raġel Malti illi miet f’dan il-pajjiż bil-Covid wara li mar hemm biex jaddotta tifla.

L-aħbarijiet li dan ir-raġel kien talab biex jitlaqqam ixxukjaw lil kulħadd. Iżda Robert Abela, imkien ma għamel referenza għal din il-ġrajja traġika.

…Robert Abela, minn naħa tiegħu, imkien ma ta’ spjegazzjoni għaliex dan il-Malti ġie imċaħħad milli jieħu l-vaċċin. Meta kellu raġun valida biex jitlaqqam minħabba s-sitwazzjoni partikolari li kien fiha.

Minkejja li diversi sidien ta’ negozji Maltin waqt din il-pandemija ħassew li tħallew weħedhom u fil-għama dwar dak li ser jiġri minn negozju tagħhom, il-Prim Ministru għal darb’oħra baqa’ jsostni li l-għan tiegħu kien li ma jħalli lil ħadd waħdu.

Fl-intervista tal-Ħadd, Robert Abela qal li l-vouchers għax-xiri u r-ristoranti se jkunu jistgħu jinħarġu fis-7 ta’ Ġunju – inċentiva li kien preżenta l-Partit Nazzjonalista sena ilu, u li diġa’ gawdew minnha diversi negozji u sidien ta’ ristoranti.

Fuq il-media laburista, il-Prim Ministru stqarr illi ħadd ma kien jimmaġina sena ilu li konna se nkunu f’din il-pożizzjoni. Għalkemm imkien ma irrefera għall-fatt li sena ilu – eżatt bħal dan iż-żmien – il-Gvern kien qed jgħid li “irbahna il-battalja”, li “il-Covid jinsab warajna” u li “il-mewġ jinsab fil-bahar”.

Issa, Robert Abela qed jgħid li l-pandemija għadha magħna. U rridu nibqgħu viġilanti.