Lokali

Jitfakkar Jum l-Omm

Fl-okkazzjoni ta’ Jum l-Omm, l-Arcisqof ta’ Malta wassal messagg ta’ ispirazzjoni li johrog mill-figura materna – messagg ibbazat fuq l-imhabba.

“Illum f’jum l-omm ma nistgħux nitkellmu fuq l-imħabba u ma naħsbux fl-omm…. L-imħabba li tagħti l-omm hi imħabba li segwik mill qrib u mill-boghod”.

Dan qalu Monsinjur Charles Scicluna waqt il-quddiesa li ġiet iċċelebrata fil-Kappella ta’ Dar Ġesu Nazzarenu, fiż-Zejtun. Fejn preżenti kien kemm, fost l-ohrajn, il-President ta’ Malta George Vella flimkien mal-mara tiegħu Miriam Vella.

Waqt l-omelija, l-Arċisqof sellem lil ommijiet kollha, ħajjin u mejtin, kif ukoll lil dawk l-ommijiet li ghaddejijn minn diffikulta.. b’mod speċjali lil dawk l-ommijiet li tilfu hajjithom minhabba l-pandemija tal-COVID-19.

L-Arċisqof fakkar ukoll li omm mhijiex biss dik li kollox marilha sew f’ħajjitha… L-omm mhux dejjem ikollha ġranet ta riħ fuq, ikollha ġranet ta’ riħ isfel ukoll. U huwa ghalhekk li Jum l-Omm irid jigi ccelebrat dejjem – mhux biss illum.

Intant, wara l-quddiesa ġie inawgurat x-xelter bl-isem ‘Il-Milja’ mmexxi mill-Fondazzjoni Sebħ, għan-nisa vittmi ta’ vjolenza domestika.