Internazzjonali

L-Afganistan: Jidfnu lit-tfal li mietu fi splużjoni barra l-iskola

L-awtoritajiet f’Kabul fl-aħħar sigħat organizzaw id-difna ta’ uħud mill-għexieren tat-tfal li nqatlu fi splużjoni kbira li seħħet nhar is-Sibt barra skola sekondarja fil-kapitali. Sadanittant, baqgħet għaddejja t-tfittxija għat-tfal li irrappurtati nieqsa fl-isplużjoni fejn tilfu ħajjithom ‘il fuq minn 50; fil-parti kbira tagħhom bniet.

L-isplużjoni, fiz-zona ta’ Dasth-e-Barchi, seħħet meta l-istudenti kienu ħerġin mill-iskola. Ħadd ma assuma responsbbiltà għall-atroċità meta l-istess inħawi ta’ spiss qed ikunu mira għall-militanti Iżlamiċi mill-komunità tas-Sunni.

Il-Gvern Afgan, fl-aħħar sigħat, akkuża lill-militanti tat-Taliban għall-attakk fuq it-tfal, waqt li l-kelliema għal dawk il-militanti ċaħdu kull involviment.

Min-naħa tagħha, Malala Yousafzai, l-attivista Afgana li kienet rebħet in-Nobel għall-Paċi, esprimiet id-dieqa tagħha ‘għall-attakk terribbli f’Kabul’ u  fejn wasslet is-simpatiji u s-solidarjeità ‘mal-qraba tal-vittmi’.