Formula 1 Sport

Lewis Hamilton jirbaħ il-Grand Prix ta’ Spanja

Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix ta’ Spanja fiċ-ċirkwit ta’ Katalunja wara taqtiegħa mas-sewwieq ta’ RedBull Racing Max Verstappen. Din kienet it-98 Grand Prix li rebaħ Lewis Hamilton wara li s-Sibt kiseb il-100 Pole Position tiegħu. Isegwi lil Verstappen, fit-tielet post daħal Valteri Bottas fuq Mercedes għal 50 podium fil-karriera tiegħu.

Is-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc temm fir-raba’ post filwaqt li Sergio Perez ta’ RedBull Racing spiċċa fil-ħames post. Fis-sitt daħal Daniel Ricciardo segwit mis-sewwieq l-ieħor tal-Ferrari Carlos Sainz. L-Ingliż Lando Norris temm fit-tmien post sewit minn Esteban Ocon u Pierre Gasly fid-disa’ u l-għaxar post.

Fil-ħdax-il post ikklassifika Lance Stroll fuq Aston Martin Racing filwaqt li Kimi Raikkonen temm fit-tnax-il post. Fit-tlettax, fl-erbatax u fil-ħmistax-il post temmew Sebastian Vettel, George Russell u Antonio Giovanizzi rispettivament. Nikita William ta’ Williams daħal fis-sittax-il post segwit minn Fernando Alonso ta’ Alpine. Mick Schumacher temm fit-tmintax-il post fiwlaqt li Nikita Mazepin temm fid-dsatax u l-aħħar post, hekk kif Yuki Tsunoda ma rnexxielux jtemm il-Grand Prix.