Lokali

Raġel jaqa’ minn għoli fil-Furjana

Minn informazzjoni li kiseb Net News, jidher li waqa’ raġel fi Triq Emvin Cremona, il-Furjana L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2 ta’ waranofsinhar.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel, li l-identità tiegħu għada mhijiex magħrufa, waqa’ madwar żewġ sulari.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija tad-distrett u tim mediku fejn ħaduh l-Isptar Mater Dei għal iktar kura u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.