Futbol Sport

Milan b’rebħa konvinċenti fuq Juventus fit-taqtiegħa għall-post fl-Ewropa

(Ritratt: EPA)

Sodisfazzjoni għal Stefano Pioli wara li Milan rebħu l-konfront dirett għal min jispiċċa fit-tieni post wara Inter. B’din ir-rebħa Milan qed jaqsmu t-tieni post ma’ Atalanta bi 72 punt filwaqt li Juventus spiċċaw fil-ħames post b’69 punt, b’Napoli qabilhom b’70 punt. Bid-difiżi rispettivi deċiżi li ma jċedux l-inizjattiva , minkejja li Juventus seta’ kellhom ftit aktar pussess matul l-ewwel 45 minuta, fit-tieni ħin miżjud Milan marru fil-vantaġġ. Azzjoni ta BRAHIM DIAZ li għeleb lil Szczesny bir-referee Paolo Valeri jikkonvalida wara li kkonsulta l-VAR. B’Juventus jonqsu milli jwettqu reazzjoni denja, fit-58 minuta, Giorgio Chiellini kien iġġudikat li lagħab il-ballun b’idu. Valeri kkonferma l-penalty mal-VAR. Ta l-penalty Franck Kessie izda Szczesny salva. Minkejja dan, Milan baqgħu jiddettaw l-aktar wara li fit=-78 minuta minn azzjoni ta’ Ismael Bennacer kien ANTE REBIC li għamel l-iskor 2 – 0 . Erba’ minuti wara kiber il-passiv għal Juventus. Azzjoni minn Hakan Chalanoglu lejn FIKAYO TOMORI li ma kellu ebda problema jgħamel l-iskor 3 – 0 . Riżultat li żgur ser ikollu riperkussjoni fuq il-futur ta’ Andrea Pirlo fit-tmexxija ta’ Juventus.

Atalanta għelbu lil Parma barra minn darhom bl-iskor ta’ 5-2, f’partita mimlija gowls. Atalanta marru fil-vantaġġ fit-12-il minuta meta fuq pass ta’ Josip Ilcic, kien RUSLAN MALINOVSKY li b’xutt minn barra l-kaxxa għeleb lil gowlkiper Luigi Sepe. Bl-ewwel taqsima tintemm 1-0, fit-tieni taqsima iż-żewġ timijiet lagħbu futbol aktar attrajenti, fejn fit-52 minuta Luis Muriel għadda lejn MATTEO PESSINA li għamilhom 2-0 favur Atalanta. L-istess LUIS MURIEL skorja it-tielet gowl għal Atalanta fis-77 minuta, biex minuta wara JUAN BRUNETTA naqqas għad-distakk għal Parma għal 3-1. Madankollu fis-86 minuta LUIS MURIEL skorja it-tieni gowl tiegħu wara li t-tentattiv ta’ Matteo Pessina ħabat mal-lasta. Żewġ minuti wara Parma reġgħu skorjwa din id-darba permezz ta’ SIMON SOHM, biex fit-93 minuta kien ALEKSEY MIRACHUK li skorja il-ħames u l-aħħar gowl ta’ Atalanta għal skor finali ta’ 5-2.

Fl-ewwel partita tal-Ħadd, fl-iStadio Luigi Ferraris, Sassuolo għelbu lil Genoa bl-iskor ta’ 2-1. Sassuolo fetħu l-iskor fl-14-il minuta meta minn pass ta’ Hames Traore GIACOMO RASPADORI kkonkluda ġewwa għal 1-0. Genoa kellhom gowl imħassar fis-27 minuta meta wara konsultazzjoni mal-VAR il-gowl ta’ Miha Ajac ma ngħatax minħabba foul fl-azzjoni tal-gowl. Biex fis-66 minuta Sassuolo irdoppjaw permezz ta’ DOMENICO BERARDI wara żball defensiv ta’ Andrea Masiello. Madanakollu DAVIDE ZAPPACOSTA skorja l-gowl ta’ Genoa wara pass ta’ Marko Pjaca.

Cagliari kisbu rebħa mportanti barra minn darhom kontra Benevento bl-iskor ta’ 3-1. CHARALAMBOS LYKOGIANNIS tefa’ lil Cagliari fil-vantaġġ fl-ewwel minuta tal-partita b’xutt minn barra l-kaxxa. Madankollu GIANLUCA LAPADULA kiseb il-gowl ta’ draw għal Benevento fis-16-il minuta fuq pass ta’ Gianluca Caprari. Cagliari skorjaw it-tieni gowl tagħhom fl-64 minuta meta minn cross ta’ Nahitan Nandez, kien LEONARDO PAVOLETTI li b’daqqa ta’ ras tajba tefa’ ġewwa għal 2-1. Cagliari aċċertaw ruħhom mit-tliet punti fit-93 minuta meta għal darb’oħra minn pass ta’ Nahitan Nandez, JOAO PEDRO kkonkluda għal ġewwa għal skor finali ta’ 3-1.

Torino komplew jitbiegħdu miż-żona tar-relegazzjoni bi draw li kisbu barra minn darhom kontra Hellas Verona. Iż-żewġ gowls waslu tard fil-partita b’ Torino jiskorjaw il-gowl tal-vantaġġ fil-85 minuta permezz ta’ MERGIM VOJVODA wara cross ta’ Cristian Daniel Ansaldi. Madankollu Hellas Verona kisbu l-gowl tad-draw fit-88 minuta meta minn pass ta’ Antonin Barak kien FEDERICO DIMARCO li ċaħħad lil Torino mit-tliet punti, għal skor finali ta’ 1-1.

Fi Stadio Olimpico Roma kisbu rebħa ta’ 5-0 kontra Crotone. Kontra tim li ilu bosta ġimgħat relegat fis-serie B, rebħa kbira għal Roma li mmaturat matul it-tieni taqsima u b’xi mod taffiet l-aħħar riżultati xejn pożittivi.
Rebħa li permezz tagħha Roma telgħu fis-seba’ post bi 58 punt. Minkejja li Roma ddominaw għal kollox l-ewwel taqsima, kellhom jistennew sas-47 minuta biex imorru fil-vantaġġ. Minn pass ta’ Henrik Mikhitaryan kien BORJA MAYORAL li għeleb lil Alex Cordaz għal 1 – 0 . Fis-70 minuta kien LUCA PELLEGRINI li mill-ġdid għeleb lil Cordaz sabiex tlett minuti wara l-istess PELLEGINI għamel l-iskor 3 – 0 minn azzjoni ta’ Mikhitaryan. Fit-78 minuta minn azzjoni ta’ Rick Karsdorp kien HENRIK MIKHITARYAN li kompla jkabbar l-iskor. Minuta mit-tmiem kien BORJA MAYORAL għalaq il-partita bil-ħames u l-aħħar gowl.

Ilbieraħ: Spezia v Napoli 1-4, Udinese v Bologna 1-1, Inter v Sampdoria 5-1, Fiorentina v Lazio 2-0
Illum : Genoa v Sassuolo 1-2, Benevento v Cagliari 1-3, Parma v Atalanta 2-5, Verona v Torino 1-1
Roma v Crotone 5-0, Juventus v Milan 0-3