Lokali

AĠĠORNATA: Mara ssofri ġrieħi gravi wara li waqgħet minn għoli fl-inħawi tal-Ġnejna

Il-Ħadd waranofsinhar ukoll, mara ta’ 32 sena mill-Belt Valletta sofriet ġrieħi gravi wara li waqgħet waqt li kienet miexja fl-inħawi tal-Ġnejna.

Minħabba li l-post fejn waqgħet il-mara ma kienx aċċessibbli intalbet l-assistenza tal- tal-Protezzjoni Ċivili u membri tal-Forzi Armati ta’ Malta. Fuq il-post wasal ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei.

Peress li l-mara waqghet fuq il-blat f’żona li mhix aċċessibbli, it-tabib tal-Emerġenza kellu juża’ dinghy sabiex imur jassisti lill-mara,

Hekk kif ittellgħet l-art, il-mara immedjatament ittieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.