Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ ilbieraħ għal xi s-sebgħa u kwart ta’ filgħaxija fi Triq Villabate, Ħaż-Żabbar.

Immedjatament fuq il-post waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Mill-ewwel investigazzjonijiet illi saru jidher li seħħ impatt bejn mutur Yamaha, misjuq minn Żvediż ta’ 32 sena li jgħix Wied il-Għajn, u Toyota Vitz, misjuqa minn raġel ta’ 38 sena li jgħix Ħaż-Żabbar.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.