Sport Sport Ieħor

Tim Merlier jikseb l-ewwel post fit-tieni stadju tal-Giro d’Italia

Tim Merliet tat-tim Alpecin- Fenix rebaħ l-ewwel sprint tal-Giro d’Italia tal-2021 f’Novara, wara li qabeż lil Giacmo Nizzolo ta’ Quhbeka Assos, Elia Viviani ta’ Cofidis, Dylan Groenewgen ta’ Jumbo-Visma u Peter Sagan ta’ Bora Hansgrohe.

Minkejja dan Filippo Ganna rnexxielu jżomm il-flokk ir-roża. Fil-presentazzjoni Melier fakkar ukoll il-memorja tal-Belġan Wouter Weylandt, li kien miet f’ħabta waqt il-Giro d’Italia għaxar snin ilu.

It-tieni stadju kien wieħed relattivament kajman, bit-tliet ċiklisti jinqatgħaw mill-kumplament tal-grupp fl-aħħar 25 kilometru. Minkejja dan l-ebda tim ma rnexxielu jikkontrolla l-istadju bi Juan Sebastian Molano jaqbeż lil sieħbu Fernando Gaviria, b’dan tal-aħħar jispiċċa jaħbat mal-barriers x’ħin prova jerġa jaqbżu.