Futbol Sport

Burnley jegħlbu faċilment lil Fulham

(Ritratt: Twitter/Burnley)

Fi Craven Cottage Burnley għelbu faċilment lil Fulham bl-iskor ta’ 2-0. Bid-destin ta’ Fulham li staġun ieħor jilgħabu f’diviżjoni nferjuri, kif kien mistenni Burnley ftit tħabtu biex kisbu tlett punti li permezz tagħhom telgħu fl-erbatax il-post b’39 punt flimkien ma’ Newcastle United. Id-difiża ta’ Fulham żammet l-iskor intatt sal-35 minuta. Minn azzjoni ta’ Matrej Vydra kien ASHLEY WESTWOOD li għeleb lil Alphonse Areola b’Burnley fil-vantaġġ. B’Fulham jonqsu milli jwettqu reazzjoni fl-44 minuta l-iskor sar 2 – 0 . Pass tra’ Josh Brownhill lejn CHRIS WOOD li mill-ġdid għeleb lil Areola.

B’Burnley jgawdu vantaġġ doppju l-andament matul it-tieni taqsima ftit inbidel minkejja li Fulham kienu aktar fil-partita. Fil-71 minuta tentattiv ta’ Andre’ Frank Zambo Anguissa għal Fulham stampa mal-mimduda b’Nick Pope megħlub. Fil-bqija b’Fulham minkejja li ddominaw għal kollox matul it-tieni taqsima b’din it-telfa matematikament sfaw relegati