Lokali Parlament

Dan hu l-mument ta’ paġna ġdida fl-ekonomija

Mario de Marco, PN

Id-dpeutat Nazzjonalista Mario de marco qal fil-parlament li dan hu l-mument li l-pajjiż joħloq paġna dġdida fl-ekonomija.

Fil-parlament Mario de Marco qal li tul is-snin kien hemm numru ta’ rapporti internazzjonali li qabel il-pandemija kienu qed iwissu li l-ekonomija Maltija qed tnaqqas mir-ritmu; il-pandemija kompliet naqqset dan ir-ritmu fejn l-ekonomija ċkienet b’iktar minn 17%.

Kienet biss l-ekonomija Spanjola li kienet ċkienet b’iktar; dan juri kemm l-ekonomija Maltija hi esposta għal xokkijiet u kemm l-ekonomija Matija hi dipendenti iktar fuq it-turiżmu. Dan juri wkoll kemm il-pjan ta’ diversifikazzjoni tal-ekonimija ta’ Gvern Nazjzonalista kien għalqi iża gvern Laburista waaqfu.

Dan wassal għal tnaqqis ekonomiku ta’ 7% fl-2020, sostna Mario de Marco, li qal li fl-2009 it-tnaqqis ekonomiku kien ta’ 1.9% waqt li fl-UE kien 4%. Dakinhar il-qagħad kien 6.9% waqt li l-medja kien tal-UE kien ta’ 10%, spjega Mario de Marco, li qal li llum l-UE kienet ħafna iktar ġeneruża mili kienet fl-2009.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-UE tgħallmet kif għandha tirreaġixxi għall-kriżi internazzjonali u żied li kien hemm diversi attivitajiet ekonomiċi li l-gvern Laburista kellu jwettaq fid-diversifikazzjoni iżda għażel li jagħmel enfasi fuq il-black chain u l-bejgħ tal-passaporti. Anki l-opportunità tal-Brexit intilfet għaliex il-kumpaniji ma ġewx Malta iżda marru l-Irlanda.

L-ispiża rikorrenti qed tisplodi ‘l fuq fejn fl-2019 kinet €4.4 biljun waqt li llum hi ta’ iktar md-doppju. Jekk din ma tkunx sostenibbli, il-gvern ikollu inqas opportunitajiet li jirreaġixxi għaliha. Is-sena li għaddiet Malta kellha t-tieni l-għola deficit fl-UE; ‘l fuq minn 10%.

Dwar l-edukazzjoni, Mario de Marco qal li t-test tal-Moneyval ilu jsir u Malta dejjem għaddiet u kien taħt gvern Laburista li falliet. Hu sostna li l-PN irid ikun proattivi favur in-negozju u sostna li l-gvern għadu ma ppreżentax il-fond ta’ rkuprju għall-ekonomija Maltija.