Lokali Mużika

Destiny tinsisti li trid twassal messaġġ ta’ “empowerment” għall-figura femminili

Il-kantanta Maltija Destiny irribattiet il-kritika li saret minn diversi persuni għal-libsa li dehret biha lbieraħ fl-ewwel rehearsal li għamlet qabel is-semi finali tal-Eurovision f’Rotterdam. F’konferenza tal-aħbarijiet, Destiny qalet li hi kuntenta ħafna bil-libsa li għażlet u tħossha kunfidenti fiha. U insistiet li dan hu messaġġ qawwi ta’ “empowerment”.

“Din il-libsa roża tmur ferm mal-messaġġ tal-kanzunetta ‘Je Me Casse’ li hi dwar l-empowerment tan-nisa. Jien nemmen fija nnifsi, inħossni nidher tajba fuq il-palk u għalhekk ilbist dik il-libsa”.

Wara li wasslet dan il-messaġġ, Destiny ntlaqgħet b’applaws mill-ġurnalisti li kienu preżenti dalgħodu fis-sala.