Iktar qabdiet ta’ flus mhux dikjarati mill-uffiċjali tad-Dwana.
Ilbierah, ufficjali tad-Dwana ġihom suspett minn raġel ta’ nazzjonalita’ Eġizzjana li kellu jitlaq f’titjira lejn Istanbul.
Minn tfittxijiet li saru jirriżulta li kellu fuqu €11,450 fi flus kontanti filwaqt li kien iddikjara li ma kellux iktar mill-€10,000 ewro kif mitlub mill-liġi. Ir-raġel kien immultat u tħalla jivvjaġġa.
Dan kien il-ħames każ f’dawn l-aħħar jiem fejn uffiċjali tad-Dwana għamlu qabdiet sostanzjali ta’ flus kontanti mhux dikjarati b’ammont globali ta’ ftit iktar minn €78,000 ewro.
//= $special ?>