Futbol Sport

Empoli u Salernitana lura fis-Serie A

Empoli u Salernitana kkonfermaw ir-ritorn tagħhom fis-Serie A hekk kif llum ġie fi tmiemu l-kampjonat tas-Serie B.

Din kienet il-ħames promozzjoni għat-tim minn Toscana fl-aħħar 20 sena hekk kif l-aħħar li kienu fis-Serie A kien propju sentejn ilu. Empoli kellhom staġun mill-aqwa hekk kif dan l-istaġun kisbu 19-il rebħa, 16-il draw u tliet telfiet.

Minn naħa l-oħra, għal Salernitana se jkun ritorn fis-Serie A wara 23 sena. Dan l-istaġun temmew fit-tieni post, erba’ punti taħt Empoli. Huma kkonfermaw ir-ritorn tagħhom fl-aħħar partita hekk kif bl-aktar mod konvinċenti għelbu lil Pescara 3-0.

It-timijiet ta’ Monza, Lecce, Venezia, Cittadella, Brescia u Chievo se jkunu qed jilgħabu l-play-off għall-promozzjoni biex ikun ikkonfermat it-tielet tim li jkun promoss għas-Serie A. Virtus Entella, Pescara u Reggiana kienu relegati għas-Serie C, filwaqt li Cosenza u Ascoli se jkunu qed jilgħabu play-off, bit-tellief ikun relegat għas-Serie C