Salvataġġ mhux tas-soltu mill-uffiċjali tal-Awtorità tal-Port ta’ Londra li fl-aħħar sigħat irnexxielhom joħorġu balena li sabet ruħha maqbuda f’parti mix-Xmara Thames.
Il-fergħ ta’ balena tar-razza Minke għamlet sigħat maqbuda f’lock f’parti tax-xmara.
Mijiet ta’ persuni inġabru sabiex jassistu għall-operazzjoni tas-salvataġġ.
L-uffiċjali tal-Awtorità tal-Port ħadmu għal sigħat sħaħ sakemm irnexxielhom itellgħu il-kreatura ta’ bejn tlieta u erba’ metri fuq dinghy biex fis-1.00am ġiet meħlusa f’post aktar miftuħ.
Minbarra l-Awtorità tal-Port ta’ Londra, f’din l-operazzjoni assistew ukoll il-London Fire Brigade, ir-Royal National Lifeboat u l-British Divers Marine Life Rescue.
//= $special ?>