Sport Sport Ieħor

Ikomplu l-webinars organizzati mill-Malta Cruising Club

Iċ-Chef Jean Paul Debono se jkun qed jippreżenta erba' tipi differenti ta' platti fuq il-preżentazzjoni tal-Webinar online intitolata "Tisjir Abbord".

F’sitwazzjoni ta’ diżappunt bħal dan, il-Malta Cruising Club irnexxielu jorganizza l-Laqgħa Ġenerali Annwali tiegħu permezz ta’ webinar online, bl-użu tal-applikazzjoni popolari ta’ komunikazzjoni bil-vidjo bbażata fuq is-sistema Zoom, li kienet tassew novità interessanti u milqugħa tajjeb.

Fil-fatt waqt l-AGM, li saret fl-aħħar ta’ Frar, tħabbru serje ta’ webinars online għas-sitt xhur li ġejjin, biex jiġu ppreżentati bħala alternattiva għat-taħditiet tekniċi popolari tal-Klabb biex b’hekk jinżamm l-impenn tas-sħubija f’dawn il-mumenti diffiċli.

L-ewwel żewġ suġġetti ppreżentati kienu “Tbaħħar lejn il-Greċja … ..u pariri utli għal meta tkun hemm” u  “Tirqim tal-Qlugħ” minn Patrick Genovese. It-tielet webinar online skedat se jkun qed ikollu s-suġġett appetituż u mmerraq ta’ “Tisjir Abbord”. Dan se jsir nhar il-Ħamis 20 ta’ Mejju fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija.

Il-protagonist ewlieni fil-ġurnata se jkun ix-Chef Jean Paul Debono ta’ Danny’s Bistro & Deli (Ħal Qormi) li fl-okkażjoni se jkun qed jagħti pariri dwar il-preparazzjoni ta’ erba’ tipi differenti ta’ platti. Ir-recording tas-sessjoni tat-tisjir saret fuq il-jott ta’ 14-il metru ‘Menapia Swift’ bil-kooperazzjoni ta’ sidha Alessandro Psaila.

Standard Imports & Exports ta’ St Venera aġenti lokali ta’ tyres Continental, Falken  u Ling Long, ikkoordinaw u sponsorjaw il-produzzjoni tar-recording tal-vidjo waqt li l-iffilmjar sar minn Dixon Vella Media.

Minħabba l-interess estensiv muri fiż-żewġ preżentazzjonijiet tal-webinars online preċedenti, il-Malta Cruising Club se jkun qed jibgħat il-link Zoom għall-webinar online “Tisjir Abbord” lill-membri kollha fil-ħin. Din id-darba l-parteċipanti kollha (membri tal-MCC imħallsa) tal-webinar se jiġu wkoll ppreżentati b’sorpriża fi tmiem il-“laqgħa”. Din is-sorpriża hija sponsorizzata għal darb’oħra minn Standard Import and Exports ta’ Santa Venera.