Futbol Sport

Il-Finali tal-UEFA Champions League se titmexxa minn Istanbul għal Wembley Stadium

Il-Finali tal-UEFA Champions League bejn Chelsea u Manchester City mistennija titmexxa minn Istanbul għal Wembley Stadium, f’Londra. Dan wara li fl-aħħar lista ippublikata mill-Gvern Ingliż it-Turkija ġiet miżjuda fil-lista il-ħamra, fejn nies li joħorġu jew jidħlu mill-Ingilterra għat-Turkija jridu jsegwu perjodu ta’ għaxar t’ijiem ta’ kwarantina mandatorja.

Dan wassal għal diskussjonijiet bejn l-FA Ingliża kif ukoll il-UEFA sabiex tinstab soluzzjoni dwar fejn hu l-aħjar li tinlagħab il-finali. Oriġinarjament, il-finali kellha issir f’Istanbul fl-Atatruk Stadium, b’attendenza ta’ 25,000 persuna, terz tal-attendenza massima li jiflaħ dan l-istadium.

Issa l-partita mistenni tintlagħab f’Wmebley li jesa ‘l fuq minn 90,000 spetattur, fejn aktar kmieni dan ix-xahar intlagħbet il-finali tal-Carabao Cup, quddiem attendenza mnaqqsa. Fl-aħħar għaxar snin Wembley Stadium ospita żewġ edizzjonijiet tal-finali taċ-Champions League, fl-2011 il-finali bejn Man Utd u Barcelona, kif ukoll fl-2013, bil-finali bejn Bayern Munich u Borussia Dortmund.