Lokali

Il-Kamra tal-Inġiniera tniedi l-Kampanja “Engineer Your Career”

 Il-Kamra tal-Inġiniera ħabbret it-tnedija tal-kampanja tagħha “Engineer Your Career” wara li identifikat ilbżonn li tattira aktar studenti lejn il-karrieri fl-inġinerija.

Fl-2019, wara l-bżonn li tindirizza dan it-tħassib, il_kamra kienet applikat b’suċċess għal fondu permezz tal-Voluntary Organisations Project Scheme (VOPs) biex tintuża fi proġett intenzjonat biex iqajjem kuxjenza dwar il-professjoni tal-inġinerija u dwar l-inġinier. Dan kellu jintlaħaq billi jissemmew l-oqsma numerużi u versatili fl-inġinerija li karriera fl-inġinerija , billi jenfasizza il-prerekwiżiti meħtieġa biex wieħed ikompli jistudja l-inġinerija u billi ikomplu jsaħħaħ l-fehmiet tajba li jeżistu fis-soċjeta’ filwaqt li jiċċara b’mod reali ċertu perċezzjonijiet skorretti dwar il-professjoni tal-inġiniera. Din il-viżjoni wasslet għat-twelid t’Engineer Your Career.

Waqt it-tnedija tal-kampanja, mtegħlla fil-Grand Harbour Roof Terrace ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-President tal-Kamra tal-Inġiniera, Inġ. Malcolm Zammit, ddeskriva l-iskop u dak li qed tipproġetta lkampanja filwaqt li ddeskriva it-tnedija bħala “ġurnata mportanti għall-professjoni, fejn qed nersqu eqreb lejn is-soċjeta u l-istudenti ta’ għada li għad iridu jsiru jafu aktar f’dettal xi tfisser li tkun Inġinier u s-sodisfazzjon li tista’ tikseb b’din il-karriera”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, is-Sur Mauro Pace Parascandolo, ipparteċipa wkoll fit-tnedija u nnota kif l-għaqdiet volontarji isibu appoġġ vitaliminn dawn l-iskemi ta ffinanzjar li tippermetilhom jimplementaw proġetti li jagħtu lura lejn is-soċjeta u jippromwovi aktar kollaborazzjonijiet bejn għadiet volontarji u entitajiet pubbliċi.

It-tnedija kkonkludiet b’diskors tal-okkażjoni tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ. Sport u Għaqdiet Volontarji, Dr Clifton Grima, li rrimarka li l-komunikazzjoni tal-viżjoni tal-Kamra tal-Inġiniera isservi t’eżempju tajjeb ta’ kif tagħmel użu siewi mill-VOPS biex twassal proġetti li jtejbu l-pożizzjoni u l-futur tal-professjoni, f’dal-każ l-inġinerija.

Il-Kampanja Engineer Your Career ser tkompli tinxtered permezz tal-paġni tal-pjattaformi diġitali tal-Kamra u eventwalment ser tilħaq midja oħra flimkien ma’ aktar kollaborazzjonijiet. Dawn ipoġġu lill-Kamra f’pożizzjoni aħjar biex tippromwovi l-karrieri fl-inġinerija u tkun t’appoġġ akbar għal studenti u ġenituri li għandhom interess fis-suġġett.