Coronavirus Ekonomija Lokali Parlament

Il-PN bi pjan li jkattar il-ġid għall-poplu Malti u Għawdxi

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Bernard Grech

Il-PN jemmen fi pjan ekonomiu li jagħmel il-ġid bla ma jagħmel ħsara lill-pajjiż u li permezz tiegħu jgawdi l-poplu kollu b’ekonomija ġdida li ddawwar l-isfidi f’opportunitajiet.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li l-gvern se jagħmel mill-programm ta’ finanzjament tal-UE biex jipprovi l-wage supplement lin-negozji li għadhom isofru l-impatt tal-pandemija.

Il-PN kien konsistenti u se jibqa’ konsistenti li jappoġġja kull għajnuna li tingħata biex ikunu mgħejjuna l-familji u l-ħaddiema Hu qal li l-gvern qed jipprova jiġġustifika dak li qed iseħħ billi jqabblu mal-2011 daqs li kieku li hemm 600 persuna iktar mhix problema għax qabel kien hemm iktar nies bla xogħol.

Dan huma livelli baxxi ta’ gvern li wiegħed l-aqwa żmien iżda kuntenti li għamlu ftit aħjar għalkemm anki dan jista’ jkun diskutibbli, sostna l-Kap tal-PN, li kompla li fid-9 ta’ Mejju kien ċelebrat Jum l-Ewropea u ftit ilu Malta fakkret is-17-il sena mis-sħbuija, Li kien għall-PL, il-partnership rebaħ u Malta saret l-Iżvizzera fil-Mediterran, sostna Bernard Grech. li kompla li fl-aħħar 17-il sena kulħadd jirrikonoxxi, anki l-PL, l-għajnuna li kisbet Malta mill-UE.

Dawn il-fondi ntużaw għal inizjattivi li ġabu prosperità għall-poplu kollu Malti fl-edukazzjoni, saħħa, toroq, xogħol, negozju, restawr u tant proġetti oħra. Il-PN dejjem ried li Malta toħroġ mill-kriżi u jsaħħaħ l-ekonomija tiegħu.

Hu qal li l-gvern nefaq €1.3 biljun u qed jirrapporta żieda ta’ €1.26 fid-dejn. Dan juri li kull ċenteżmu li l-gvern uża biex jiġġieled il-pandemja kellu jisselfu u mhux veru li l-gvern uża l-miljuni mis-surplus li kien jgħid l-gvern. Dan seħħ għaliex berbaq kollox u isisa fadallu biss €20 miljun għan-ngeozji u l-ħaddiema; 12-il darba inqas li jidher li nefqu fil-kuntatt ta’ San Vinċenz.

Il-Kap tal-PN qal lil- gvern seta’ fadallu ħafna iktar kieku kkontrolla t-tberbieq u sostna li s-surplus mar beix jiffinanzja lill-gvern fiż-żieda bla preċedent fin-nefqa rikorrenti, kuntratti, ċerimonji doppji tal-istess proġetti u direct orders.

Pajjiża kellu tmexxija bla għaqal u biex ikunu impkjgati bl-addoġġ konsulenti; ħallasna l-prezz tal-korruzzjoni ma’ kull proġett li jmiss il-gvern, sostna l-Kap tal-PN, li kompla li l-gvern naffar in-negozju l-investiment. Il-persentaġġ ta’ investituri li jqisu lil Malta attraenti niżlet bi 15% f’sena waħda, sostna l-Kap tal-PN, li kompla li sena ilu l-Prim Ministru kien qal li l-mewġ jinsab fil-baħar.

Il-Kap tal-PN sostna li l-pajjiż infaqa’ bil-virus wara li saru parties li ħaddieħor ma riedx u kompla li l-miżuri jridu jkunu rilaxxati bi pjan iżda kulħadd irid jibqa’ viġilanti biex dak kollu li nkiseb ma jintilifx.

Bernard Grech kompla li l-gvern għamel nefqa biex ipatti għall-pandemja meta reġgħet refgħet rasha. Il-gvern naqas li jkun viġilanti meta suppost kien għalkemm issa jidher li l-gvern tgħallem u qed joqgħod attent kif jerġa’ jiftaħ; iżda mhux biżejjed għaliex irridu nkunu viġilanti fil-portijiet biex ma jkunx hemm influss tal-varjant, sostna l-Kap tal-PN.

Bernard Gerch kompla li l-gvern mhux jiftakar f’kulħadd u dan hu element li se jkompli jkabbar l-inugwaljanza fil-pajjiż fejn hawn 80,000 persuna li ma jafux x’jagħmlu jekk tinqlalahom spiża mhux mistennija ta’ €700.

Din hi l-kwalità tal-ħajja li l-PL wiegħed? Dan hu l-aqwa żmien b’160,000 li ma jaffordjawx vaganza waħda f’sena. Aktar minn 7% tal-popolazzjoni ma tistax issaħħan darha u 7% oħra waqgħu fil-kirjiet, kontijiet tad-dawl jew self.

Il-Kap tal-PN kompla li l-gvern ma jistax jibqa’ jidħak bin-nies u għalhekk hemm bżonn viżjoni ċara bi strateġija tajba ta’ fejn il-pajjiż irid jasal. Ma jistax ikun li nkunu kuntenti bil-minimu li nkunu aħjar; irridu naraw x’tip ta’ ekonomija, setturi u xogħol ġdid irridu noħolqu għall-pajjiż, sostna l-Kap tal-PN, li kompla li l-PN se jkompli joffru s-soluzzjonijiet.

Il-viżjoni trid tkun ta’ 10 snin għal pajjiż modern li jħaddan l-innovazzjoni bla ma jippreġudika l-ambjent naturali. Il-PN jissuġġerixxi road map mhux għall-kumpaniji moħija iżda biex il-pajjiż jikber u jistgħana.

Jeħtieġ setturi ekonomiċi ġodda; nemmnu f’ċentru ta’ edukazzjoni akkademika, ċentru marittimu lil hinn mir-reġistru tal-vapuri, ċentru loġistiku għall-industrija biex din tikkomepti fl-Ewropa, speċjalizzazzjoni fis-saħħa u l-mediċina ġdida, ekonomija smart, ekonomija ċirkolari fejn l-iskart ikun riżorsi, il-block chain, ċentru ta’ arti u kulturali ta’ kwalità, Għawdex bħala reġjun internazzjonali u modi oħra kif tinħoloq ekonomija moderna u aġġornata li ddawwar l-isfidi f’oppportunitajiet; irridu pjan li joħolq il-ġid bla ma jagħmel ħsara li jġib iktar ġdid għall-pajjiżna u għal-poplu, sostna Benard Grech.