Lokali Parlament

Jeħtieġ sinġeriji bejn setturi tal-ekonomija Maltija

Kristy Debono, PN

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono appellat biex tinħoloq sinerġiji bejn setturi differenti tal-ekonomija Maltija.

Kristy Debono qalet li l-gvern għandu jkabbar l-ekonomija ħolistika u sostna li l-ekonomija ma tistax timxi ‘l quddiem b’miżuri f’perjodu qasir. Hi sostniet li l-pajjiż għandu jkun pass ‘il quddiem biex l-isfidi jiddawru f’opportunitajiet.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar l-iżviluppi fis-settur tal-gaming u appellat biex il-pajjiż jinvesti f’setturi li jħallu valur. Hi semmiet id-diversifikazzjoni u appellat biex il-pajjiż jinvesti f’setturi ġodda lil hinn mill-kostruzzjoni. Jeħtieġ ekonomija b’saħħitha li tgħaqqad industriji flimkien. Hi semmiet it-turiżmu u qalet li hekk kif dan waqaf, il-pajjiż staġna u waqaf b’effetti fuq is-setturi kollha.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li jeħtieġ li Malta tikkonserva s-sħubija tagħha bi strateġija turistika diversifikata. Malta baqgħet fil-lista amber tar-Renju Unit minn fejn jiġu 40% tat-turisti; bit-turisti Ingliżi issa jgħażlu l-Portugall.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar l-Air Malta u staqsiet jekk din hix falluta. Il-pajjiż irid jinvesti wkoll fl-imprendituri lokali. Hi sostniet li l-proċess ta’ aċċess gall-fondi Ewropej għadu burokratiku u jaqta’ qalb lin-negozji. Dan qed iwassal biex fondi allokati għall-pajjiż qed jintilfu. Jeħtieġ ukoll kien hemm sinerġija bejn is-setturi kollha; dan isir bi pjan ħolisitiku.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-pajjiż irid ikun impenjat li jsaħħaħ ir-reputazzjoni tal-pajjiż, li hi theddida kbira għall-ekonomija Maltija.