Lokali Qorti

Joseph Muscat b’libell kontra avukat fuq kumment li hu ‘sploda lil Daphne Caruana Galizia’

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat fetaħ kawża ta’ libell għad-danni kontra l-avukat Christian Grima wara li fuq post li ttelgħet fuq Facebook allegatament qal li hu (Muscat) “sploda” lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia”. Muscat ħabbar dan fuq Facebook, fejn qal li ma kellux għażla li jirreaġixxi għax Grima kien qabeż il-linja.

Huwa sejjaħ din l-aħbar bħala “totalment falza”, u tenna li filwaqt li jemmen fil-libertà tal-espressjoni u ma jemminx fil-libelli,ma kellux għażla oħra ħlief li jirreaġixxi għall-kumment ta’ Grima. L-eks Prim Ministru qal li huwa jaċċetta l-kritika, kemm jekk ġusta jew le.

Huwa qal li ma rreaġixxiex meta l-fatti kienu tgħawwġu u li spekulazzjoni li ntużat għall-aġenda ta’ ċertu nies. Muscat qal iżda li hu qatt ma jista’ jaċċetta l-ebda gideb bħal dawk imressqa minn Grima. “Kif inhu ċar mill-fatti kollha, dan huwa totalment falz. Għalhekk ftaħt libell kontra Dr Grima.

“Kif għidt, il-kritika, ġusta jew inġusta noqgħod ghaliha. Kif noqgħod anki għat-tgħajjir, it-tiġbid tal-fatti u l-ispekulazzjonijiet li jehdew bihom xi wħud. Gideb hekk iżda le”, qal l-eks Prim Ministru. Caruana Galizia kienet inqatlet b’karozza bomba barra d-sar tagħha f’Ottubru 2017. L-eks Chief id Staff ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri, minn dakinhar kien marbut mal-qtil u li pprova jgħatti ċertu fatti, skont xhieda fil-Qorti.

Yorgen Fenech, ħabib kemm ta’ Keith Schembri kif ukoll ta’ Joseph Muscat, jinsab akkużat li ordna l-qtil, filwaqt li l-aħwa Degiorgio, George u Alfred huma mixlijin li poġġew il-bomba li splodiet il-karozza tal-ġurnalista. Vince Muscat mgaħruf bħala “Il-Koħħu” ammetta l-involviment tiegħu fil-qtil tagħha u ġie kundannat 15-il sena ħabs.