Futbol Sport

Juventus jirriskjaw li ma jitħallewx jilagħbu fis-Serie A fl-istaġun li ġej

(Ritratt: EPA)

Il-President tal-FIGC Gabriele Gravina wissa lil Juventus li jekk se jibqgħu parti mill-European Super League m’humiex se jitħallew jikkompetu fis-Serie A fl-istaġun li ġej. Il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli flimkien mal-President ta’ Real Madrid Florentino Perez kien wieħed mill-progtagonisti fit-twaqqif tal-European Super League.

Aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet, il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin ukoll wissa lill-clubs ta’ Juventus, Real Madrid u Barcelona li jekk jibqgħu fis-Super League se jkunu qed jittieħdu azzjonijiet dixxiplinarji fil-konfront tagħhom. Juventus kienu parti minn 12-il club mit-tliet kampjonati ewlenin fl-Ewropa li laħqu ftehim biex jiffurmaw il-European Super League x-xahar li għadda, b’dan il-proġett wara bosta protesti jisfaxxa wara 48 siegħa.