Lokali Parlament

Miżuri negattivi fuq il-company service providers

Kristy Debono, PN

Id-deputat Bazzjonalista Kristy Deono qalet fil-parlament li l-miżuri li se jdaħħal il-gvern fuq il-company service providers se jħallu effett negattiv fuq dan is-settur u għalhekk appellat biex jerġa’ jkun rikonsiderazzjoni ta’ dawn il-miżuri u titwal id-data finali mogħtija għall-implimentazzjoni tagħhom.

Fl-Aġġornament tal-parlament Kristy Debono tkellmet dwar company service providers (CSP) u qalet li l-emendi li saru kienu mgħaġġla. Jeħteġ isir aġġornament f’dan is-settur, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li qalet li l-proposti ta’ dawn il-professjonisti kienu mwarrba. L-MFSA baqħet għaddejja bil-proposti tagħha waqt li d-diskussjonijiet kienu għadhom għaddejjin.

Dawn issa fadlilhom sa nahr is-sibt biex japplikaw għal-liċenzja u għalhekk kull min irid ikompli b’din il-professjoni irid jattwa l-proposti inkella jnaqqas l-operat. Morna minn estrem għall-ieħor minħabba ftit li kienu ħżiena, sostniet Kristy Debono li kompliet li dan seħħ minħabba li l-ftit maħmuġa ħammġu lill-pajjiż.

Dawn il-miżuri m’humiex f’waqthom u huma inġusti mal-professjonisti ż-żgħar. L-MFSA għamlet l-istess regoli għal kulħadd meta dan m’għandux ikun il-każ.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li dawn is-CSP, qed jingħataw l-impressjoni li huma korrotti u għalhekk qed isibu diffikultajiet kbar biex jattiraw investiment lejn il-pajjiż. Se jinqatlu ħafna CPS, minħabba li l-ispejjeż imposti fuqhom m’humiex sostenibbli fosthom rapprot dwar l-assi personali tas-CSPs. Dan se jwassal biex l-operaturi l-ġodda u żgħar mhux se jkunu jistgħu joperaw.

Kristy Debono qalet li l-avukati u l-acocuntants li jkunu appuntata diretturi issa qed ikunu mitluba jkunu suġġetti għal-liċenzjar u regolamentazzjoni doppja mill-MFSA. Is-CSPs issa se jkunu suġġetti għal spezzjonijiet oħra mill-MFSA u l-FIAU bil-konsegwenza li dawn qed iwaqqfu ċertu servizzi.