Lokali

“Il-Partit Laburista ddeċieda dwar il-kannabis mingħajr ma ddiskuta” – Jason Micallef

"Jien delegat tal-Konferenza, ma naqbilx u kont nivvota LE permezz ta' vot sigriet... Inkorlat u ddispjaċut ħafna"

Iċ-Chairmain tal-istazzjonijiet Laburista u Chairman tal-Valletta Cultural Agency Jason Micallef ħadha qatta’ bla ħabel kontra l-mod kif il-Gvern qed jagħżel li jmur għal-legalizzazzjoni tal-Kannabis mingħajr ma ddiskutiha fil-Kunsill Ġenerali Straordinarja.

Permezz ta’ post fuq Facebook, Micallef, li ilu jimmilita fil-Partit Laburista snin twal ħafna, qal li l-Partit Laburista kellu l-obbligu li jlaqqa’ l-ewwel lid-delegati tal-Konferenza waqt “Konferenza Ġenerali Straordinarja”.

Micallef jgħid li din hija proċedura li toħroġ mill-istess statut tal-PL fuq policy jew materji sensittivi bħal dak li qed jiġi propost u ċioè li l-Kannabis tkun legalizzata.

“Jien delegat tal-Konferenza, ma naqbilx u kont nivvota LE permezz ta’ vot sigriet wara diskussjoni fil-Konferenza” kitebk Micallef. Hu qal li hekk biss titlob demokrazija f’Partit.

“Jisgħobija imma fuq din il-materja, u kif seħħet, inkorlat u ddispjaċut hafna”