Lokali Qorti

Sikkina li x’aktarx ntużat f’każ ta’ attentat ta’ qtil tpoġġiet fi friġġ minn persuna li sabitha

Sikkina li x’aktarx intużat fi ġlieda bejn żewġt iħbieb b’wieħed minnhom jispiċċa fil-periklu tal-mewt, instabet minn persuna li qal li huwa ħabib tagħhom. Dan qal li sab sikkina taħt bankina u poġġiha fil-friġġ tar-remissa tiegħu biex jevita l-inkwiet.

Marlon Zarb ta’ 32 sena minn San Pawl il-Baħar qed jiġi mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ Bradley Carabott. Zarb qed  jiġi akkużat li nhar it-Tnejn 12 ta’ April fil-Marsa kkawżalu ġrieħi gravi u li ġarr arma mingħajr liċenzja tal-pulizija. L-akkużat, li huwa dealer tal-karozzi, qed iwieġeb mhux ħati tal- akkużi li jinkludu ksur ta’ sentenza sospiża u tfixkil tal-paċi pubblika.

Xhud importanti fil-każ kien Frederick Dalli, mill-Marsa, li għandu xi każijiet pendenti fil-Qorti bil-Maġistrat Gabriella Vella tinfurmah biex joqgħod attent x’domandi jwieġeb biex ma jinkriminax lilu nniffsu, u għandu d-dritt li ma jirrispondix ċertu  mistqosijiet li jaħseb li bihom jista’ jitfa’ l-ġebla fuq saqajh.

Dalli qal li dak inhar tal-inċident kien fl-inħawi fejn mar jixtri karozza, u dan għall-ħabta tad-8.45pm. u li kien hemm persuna li talbitu sigarett, li ma kellux, u minflok tah 20 ewro biex imur jixtri. Qal li kien hemm wieħed li jgħidulu l-Ħobż li talbu 10 ewro, u qallu li ma kellux, għax diġa’ ta l-flus lil ħaddieħor, u ma kellux.

Qal li hu kien sema’ xi kliiem ħażin u li ftit il-bogħod min fejn kien, ftit metri, kien sab sikkina taħt bankina. Qal ukoll li hu qabad is-sikkina u ħadha u qal li aħjar jagħmel hekk ma jmurx l-akkużat u l-vittma jiġġieldu biha. Kien daħal ġewwa, fir-remissa ftit il-bogħod u poġġiha fi friġġ. Tenna li fżħin minnhom kien hemm tfajla li bdiet tgħajjtlu fuq ġlieda, u dan wara li t-tnejn kienu tkellmu ħażin.

Kompla li Carabott li jgħidulu l-“Ħobż” kellu mqass f’idejh, u ra ukoll lil Marlon Zarb bid-demm f’idu, b’Carabott jgħidlu ‘mbilli ġejt bis-sikkina’. Hu qal li ma kienx raha l-ġlieda ‘per se’ għax kien daħal il-ġewwa u dan f’remissa fil-Marsa. Pero wara li t-tfajla kienet għajtitlu raha lil Marlon Zarb jitriegħed u abjda karti.

Huwa qal li s-sikkina li sab ma kiex fiha dmija, iżda Zarb kellu d-demm fil-pala ta’ idu. Fuq aktar mistoqsijiet ix-xhud qal li jiftakar li hu kien qalilhom ‘qieskom boloh’ bil-vittma jgħidlu ‘ġie int ġejt tajtni daqqa ta’ ras, u l-akkużat jgħidlu ‘u mhux int ġejt b’imqass għalija’ Tenna li jiftakar  li wara Marlon qagħad inaddaf il-pony li kellu fir-remissa tiegħu.

“J’alla jirranġaw illum qabel għada,  mit-tfulija konna ħbieb it-tlieta li aħna, konna niġru bir-roti u nagħmlu xi karettun,” kompla jgħix ix-xhud.   Xehed ukoll l-Ispettur Marshall Mallia, li qal li huwa stazzjonat fl-iskwadra ta’ kontra d-droga, u li fid-19 April li għadda, kien qed jinvestiga jinvestiga lil Frederick Dalli fuq kazijiet ta’ droga, u waqt il-kors ta’ investigazzjonijiet qallu li jaf fejn hija l- arma fuq l-attentat ta’ qtil li seħħ fil-Marsa, u li kien lest li juriehom fejn tinsab l-arma,

Huwa mar miegħu r-remissa fil-Marsa fejn l-istallel u Dalli uriehom friġġ, li fiha kie hemm is-sikkina, wara din is-sikkina kienet ġiet elevata. Xehed ukoll l-espert mediku t-tabib Mario Scerri, li qal li huwa eżamina lil Marlon Zarb. Dan kien allega li tliet ijiem ijiem qabel kien ġie aggredit b’imqass fi driegħ, li kienet moħbija wara d-dawl. Qal ukoll li r-remissa tinsab fi triq it-Tiġrija fejn hemm ħafna remissi. Ix-xhud qal li nġiebu tas-‘scene of crime’ u wara li sabu s u fuq in-naħa tax-xellug. Huwa kelu wkoll xi ġrieħi ħfief ħfief, fil-pala ta’ jdejh il-leminija u tbenġila.

Wara xehed l-allegat vittma Bradely Carabott , li qal li wara l-inċident kien twassal id-dar minn  Anthony Borg. Qal li hu ma ħassux sew  u kien l-istess Borg li qallu li kien wasslu għal kieku hu lanqas biss jaf. Tenna li kien sorpiż bix-xhieda ta’ Frederick Dalli għax dan ma kienx fuq il-post. Tenna li jaf min hu għax min Bormla, u jafu, u ilu jafu ħafna imma mhux ħbieb sew. Tenna li lil Dalli jgħidulu il-“Muġa”.

Waqt il-kontro eżami li sar mill-Avukat Franco Debono, huwa kkonferma lin kien intilef minn sensih u spiċċa l-isptar, u kien xi jumejn wara li qallu Borg li kien hu li wasslu.. Id-difiża għamlet talba għall-pleġġ bil-Prosekizzjoni toġġezzjoni minħabba l-biża li jiġu kontaminati l-provi. U li l-akkużi huma serji. Ingħad ukoll li l-vittma se jerġa’ jintalab jixhed u għad trid tiġi esibita s-sikkina.

L-Avukat Debono qal li ma kienx qed jikkontesta l-prima facie, imma l-klijent tiegħu għandu dritt jingħata l-ħelsien mill-arrest fejn qal ukoll li s-sieħba tal-akkużat lesta żżommu magħha. Il-Qorti se tiddeċiedi dwar it-talba nhar it-Tlieta, 11 ta’ Mejju filgħodu.