Sport Sport Ieħor

Taco van der Hoorn jirbaħ it-tielet stadju tal-Giro d’Italia

(Ritratt: EPA)

F’4 sigħat 21 minuta u 29 sekonda , Taco van der Hoorn ta’ Intermarche rebaħ it-tielet stadju tal-104 edizzjoni tal-Ġiro d’Italia. It-tielet ġurnata tal-Giro kienet fuq rotta ta’ 190 kilometru minn Biella sa Canale. Fit-tieni post erba’ sekondi wara van der Hoorm daħlu Davide Cimolai ta’ Isreal Start-Up filwaqt li Peter Sagan ta’ Bora Hansgrohe daħal fit-tielet post. It-Taljan Filippo Ganna ta’ Ineos Granadiers li fl-ewwel ġurnata kien rebaħ it-tellieqa kontra l-ħin baqa’ fl-ewwel post tal-klassifika ġenerali bi 8 sigħat 51 minuta u 26 sekonda u għat-tielet ġurnata bil-flokk ir-roża. Wara Ganna b’distakk ta’ 16 il-sekonda, fit-tieni post tal-klassifika ġenerali hemm Tobias Foss ta’ Jumbo-Visma qabel Remco Evenepoel ta’ Quick-Step. Ir-raba’ ġurnata hija fuq medda ta’ 187 kilometru minn Piacenza sa Sestola.